Kandidati Nazzjonalisti jammettu li pressati: mingħajr proposti u mingħajr evidenza – One News

Notifiki

Kandidati Nazzjonalisti jammettu li pressati: mingħajr proposti u mingħajr evidenza

Li l-Partit Nazzjonalista għadu mingħajr proposti elettorali li jaffetwa l-ħajja tan-nies illum qalha l-kandidat nazzjonalista Ivan Bartolo. Dan qal li n-nies qed isaqsuh meta l-Partit Nazzjonalista se joħroġ bil-proposti tiegħu. 

Ivan Bartolo qal li Simon Busuttil, li fi kliemu erba’ ġimgħat oħra se jkun Prim Ministru, se jmur l-Ewropa b’wiċċu minn quddiem.  Din id-dikjarazzjoni li ghamilha meta Transparency International qalet li l-iskema frodi minn fondi Ewropej li għamel l-Partit Nazzjonalista bil-Membri Parlamentari Ewropej tiegħu li krew uffiċini fid-dar centrali bi flus Ewropej kontra kull regola, għandha tigi investigata mill-OLAF.

Bartolo kien fost il-kandidati li indirizzaw l-attivita politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Birgu. Hemm spjega ukoll kif in-nies qed isaqsuh għall-evidenza sabiex l-Partit Nazzjonalista jsostni l-allegazzjoni tiegħu dwar il-familja tal-Prim Ministru.

Indirizzat l-attivita politika l-kap tal-Partit Demokrattiku Marlene Farrugia, fejn fl-isfond Simon Busuttil beda jgħid prosit lil Farrugia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend