L-istudenti pożittivi dwar il-proposta li se tgħinhom javvanzaw fl-istudji – One News

Notifiki

L-istudenti pożittivi dwar il-proposta li se tgħinhom javvanzaw fl-istudji

Fost il-ħames wegħdi ewlenin tal-Partit Laburista jekk jerġa’ jitla fil-Gvern, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li waħda minnhom hi dik li se jkun hemm tnaqqis fit-taxxi. Dan grazzi għas-surplus li pajjiżna ċċelebra fl-ekonomija, u għalekk wasal iż-żmien biex il-poplu jiġi ppremjat għall-ekonomija b’saħħitha li nbniet bħala ħidma kollettiva.

Minn din il-proposta, mhux biss se jkunu qed jibbenefikaw persuni li jaħdmu fultajm u għandhom partajm, iżda saħansitra anke l-istudenti.

Fil-fatt kien il-Prim Ministru li fl-ewwel jum tal-kampanja spjega li minn jiggrawda f’livell ta’ Masters jew PHD se jkollu massimu ta’ sentejn eżenzjoni mill-income tax. Jekk student iġib Masters, se jkollu l-ewwel sena eżenti mill-ħlas tal-income tax, u jekk iġib PhD, għandu sentejn mingħajr ma jħallas taxxa.

Dwar dan one.com.mt tkellem ma’ numru ta’ studenti fejn b’entużjażmu laqgħu din il-proposta pożittiva li se tkun qed tgħinhom javvanzaw fl-istudji tagħhom u jirnexxu aktar fil-ħajja tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend