Franza tipprojbixxi mudelli li huma "irqaq iżejjed" | One News

Notifiki

Franza tipprojbixxi mudelli li huma “irqaq iżejjed”

Franza approvat liġi li se tkun qed tipprojbixxi li jintużaw mudelli li huma irqaq iżejjed. Kumpaniji tal-moda li jagħmlu sfilati u reklami tal-ħwejjeġ tagħhom fost oħrajn issa huma marbutin bil-liġi li ma jagħżlux mudelli li skont it-tabib huma rqaq iżejjed.

Il-mudelli jridu jipprovdu ċertifikat tat-tabib li jikkonferma li huma b’saħħithom, fost oħrajn, iċ-ċertifikat għandu jinkludi l-BMI (body mass index) li jiddetermina jekk il-piż tal-persuna huwiex konformi mat-tul tagħha.

Il-Ministeru tas-saħħa spjega li l-għan ewlieni huwa li jiġu miġġielda kundizzjonijiet relatati mal-piż u sbuħija bħall-anoreksja. Ritratti li jkunu editjati diġitalment iridu jiġu mmarkati ukoll mill-1 ta’ Ottubru. 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend