+15% għall-Gvern, -8% għall-Oppożizzjoni – One News

Notifiki

+15% għall-Gvern, -8% għall-Oppożizzjoni

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ta’ The Malta Independent sab li l-maġġoranza tal-Maltin għandhom opinjoni tajba tal-ħidma tal-Gvern.

Tant li l-gvern immexxi minn Joseph Muscat jikseb ġudizzju pożittiv ta’ 52.8% ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ.

Bi 38% biss jgħidu li għandhom opinjoni negattiva, il-gvern għandu riżultat pożittiv ta’ 15%.

L-Oppożizzjoni tinsab 8% fin-negattiv. Għaliex 48.7% tal-Maltin jemmnu li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni għamel biċċa xogħol ħażina.

Filwaqt li kienu biss 37.1% li jemmnu li l-Oppożizzjoni mexxija minn Simon Busuttil għamlet biċċa xogħol tajba.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend