#Next5 – Iż-żgħażagħ lesti għal ħames snin oħra ta’ Gvern Laburista – One News

Notifiki

#Next5 – Iż-żgħażagħ lesti għal ħames snin oħra ta’ Gvern Laburista

  • #Next5 – Titnieda l-kampanja taż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ Laburisti llum nedew il-kampanja tagħhom għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017. Bl-islogan ta’ #Next5, il-Forum żgħażagħ Laburisti flimkien ma’ eluf ta’ żgħażagħ oħra jinsabu lesti biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Alex Saliba, spjega ma’ one.com.mt li dan l-islogan juri l-kontinwità li għandu bżonn dan il-pajjiż sabiex fil-ħames snin li gejjien inkomplu nibnu fuq dak li diġà beda l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru sabiex verament jasal l-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Alex Saliba ħabbar ukoll li s-sit il-ġid tal-kampanja taż-żgħażagħ next5.info

Fix-xatt ta’ Bormla nġabru mijiet ta’ żgħażagħ għat-tnedija tal-Kampanja taż-Żgħażagħ, ftuħ li għalih hemm preżenti l-Mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-Forum Żgħażagħ Laburista se jkun qed iżomm liż-żgħażagħ informati bil-proposti tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista li se jkunu qed jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin, liema proposti huma msejjsa fuq il-bżonnijiet taż-żgħażagħ fost oħrajn il-proposta mħabbra mill-Prim Ministru Joseph Muscat; l-eżenzjoni mit-taxxa għal perjodu ta’ sentejn għal studenti b’Masters jew PhD. Kampanja innovattiva li se tkun qed tressaq aktar żgħażagħ lejn il-Partit Laburista.

Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti temm jgħid li ż-żgħażagħ dejjem kienu fic-ċentru tal-ħidma ta’ dan il-Gvern u fi ftit snin irnexxielhom jibdew igawdu b’mod tanġibbli minn dan is-suċċess, irrispettivament minn liema klassi soċjali ġejjien, xi ħaġa li taħt Gvern Laburista se jibqgħu jgawdu minna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend