Jinżamm arrestat fuq droga | One News

Notifiki

Jinżamm arrestat fuq droga

Niġerjan ta’ disgħa u erbgħin sena nżamm arrestat wara li ammetta li kien parti minn ċirku ta’ traffikar tad-droga kokajina.

Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tingħata aktar ‘il quddiem wara li l-Maġistrat wissih dwar l-ammissjoni tiegħu.

Iżda b’rasu baxxuta fl-iżbarra, Thomas Uchenna Onyema kkonferma l-ammissjoni tiegħu.

Dan wara li fil-jiem li għaddew waqt rejd li wettqet il-pulizija sabu ħamsin kapsula tad-droga fil-kamra tal-lukanda tiegħu f’San Pawl il-Baħar.

Il-pulizija spjegat li kif instabet id-droga deher li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend