Iż-żgħażagħ wara Joseph Muscat… il-kampanja taż-żgħażagħ tibda llejla | One News

Notifiki

Iż-żgħażagħ wara Joseph Muscat… il-kampanja taż-żgħażagħ tibda llejla

Illejla se tkun qed titnieda l-kampanja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti f’attività Politika f’Xatt ir-Risq Bormla. Kampanja innovattiva għaż-żgħażagħ li kif spjegalna l-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti tirrikjedi ħafna ħidma u se tkun qed tinvolvi numru kbir ta’ żgħażagħ.

“Matul l-attività ta’ għada fost l-oħrajn ser ikunu qed jiġu imnedija l-flokkijiet uffiċjali ta’ din il-kampanja elettorali u kif wkoll it-tema u s-sit elettroniku l-ġdid tal-kampanja taż-żgħażagħ. Kampanja li matula ż-żgħażagħ se jerġgħu jkunu protagonisti sabiex flimkien nkunu nistgħu nkomplu ngħixu l-aqwa żmien ta’ pajjiżna.” – President FŻL
 
Alex Saliba qal li l-preparamenti għal din il-kampanja ilhom għaddejjin għal ġimgħat sħaħ fejn fost oħrajn ingħata taħriġ lill-membri kif ukoll preparazzjoni tal-loġistika u l-materjal li ser ikun qed jitqassam matul l-istess kampanja.
“Ġranet u iljieli twal fejn mijiet ta’ membri tal-Forum Żgħażagħ Laburisti taw sehemhom biex nibgħatu messaġġ b’ saħħtu li ż-żgħażagħ Maltin u Ghawdxin jinsabu wara l-Prim Ministru u mill-ġdid ser ikunu ċentrali matul din il-kampanja elettorali.”
Il-President tal-FŻL qal li matul din il-kampanja l-pjattaforma tal-media soċjali tal-għaqda ser tkun waħda b’saħħitha ħafna filwaqt li mill-ġdid ser jittellgħu attivitajiet tal-massa bħal attivitajiet taħt it-tinda mal-Prim Ministru kull nhar ta’ Ħamis, Action Days kull nhar ta’ Sibt u kif wkoll party u mass rally għaż-żgħażagħ.

It-tnedija tal-kampanja taz-zghazagh ser tkun qed isir illejla x-Xatt ta’ Bormla fit- tmienja ta’ filghaxija u għaliha mistennija jattendu mijiet ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin. 

Alex Saliba qal li wara l-kampanja I’M IN ta’ erba’ snin ilu l-aspettativi huma kbar, aspettativi li żgur mhux ser iwasslu għal delużjoni liż-żgħażagħ li huma tant ħerqana biex mill-ġdid ikunu fuq quddiem nett ta’ din il-kampanja.

Huwa appella liż-żgħażagħ kollha biex għada jingħaqdu lkoll flimkien għall-bidu ta’ din il-kampanja, żgħażagħ li kienu prijorita’ fil-ħidma ta’ dan il-gvern permezz ta’ numru kbir ta’ miżuri li dan il-Gvern mexxa ‘l quddiem sa mill-ewwel gurnata ta’ din il-legiżlatura. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend