Raġel arrestat ġewwa lukanda f'San Pawl il-Baħar wara sejba ta' droga | One News

Notifiki

Raġel arrestat ġewwa lukanda f’San Pawl il-Baħar wara sejba ta’ droga

Wara jiem ta’ sorveljanza, ilbieraħ, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat raġel Niġerjan ta’ 49 sena ġewwa lukanda f’San Pawl il-Baħar.

Ġewwa l-kamra tar-raġel, instabu 50 kapsola li kien fihom sustanza bajda suspettata droga kokaina, liema droga, x’aktarx kienet lesta sabiex tiġi ttraffikata.

Is-suspettat għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal iktar stħarriġ u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend