Le Pen akkużata li kkupjat diskors li għamlet – One News

Notifiki

Le Pen akkużata li kkupjat diskors li għamlet

Il-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali Franċiża, Marine Le Pen, qed tiġi akkużata li kkupjat id-diskors tagħha mingħand ir-rivali tagħha François Fillon, waqt diskors li għamlet ilbieraħ.

Diversi sezzjonijiet fid-diskors tagħha f’Villepinte, fit-Tramuntana ta’ Pariġi, jidhru li huma rrepetuti kważi kelma b’kelma minn kummenti li għamel Fillon f’diskors li għamel fil-15 ta’ April.

 

Le Pen issa se tkun qed taffaċċja lil Emmanuel Macron fil-finali ta’ nhar il-Ħadd.

Ix-xebħ fid-diskorsi ġie nnotat minn profil fuq Youtube, Ridicule TV, li inizjalment kien qed jintuża bħala appoġġ għal François Fillon u kif ukoll biex jattakkaw lil Macron qabel l-ewwel elezzjoni li fiha Fillon ġie eliminat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend