Joseph Muscat iħabbar il-ħames wegħdi ewlenin – One News

Notifiki

Joseph Muscat iħabbar il-ħames wegħdi ewlenin

  • Żieda fin-numru ta’ btajjel pubbliċi f’Malta
  • Depożitu ta’ 10% għal min jixtri l-ewwel dar u estensjoni tal-iskema tal-first time buyers għal dawk li jkunu waslu biex jixtru t-tieni dar
  • Tnaqqis fit-taxxi u aktar flus fil-bwiet tan-nies
  • Żieda fil-pensjoni minima
  • L-ikbar investiment fl-istorja fit-toroq Maltin u Għawdxin


Dawn kienu ħames proposti ewlenin li ħabbar dalgħodu l-mexxej tal-Partit Laburista meta ħabbar il-wegħdi ewlenin li se jkunu qed ikomplu jibnu fuq  ‘L-Aqwa żmien ta’ pajjiżna’.

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn spjega li l-proposti li qed ipoġġi quddiem il-poplu huma kollha costed u bħal ma għamel Gvern Laburista f’dawn l-aħħar erba’ snin, il-proposti mwiegħda se jiġu kollha mwettqa.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet ġew spjegati fid-dettall il-proposti tal-Partit Laburista li l-għan ewlieni tagħhom huwa li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin igawdu minn ekonomija aktar b’saħħitha.

Dettalji dwar il-proposti ewlenin:  

Wegħda PL: Aktar familji jsiru sidien ta’ djarhom

Wegħda PL: Nagħtu lura lill-ħaddiema il-Btajjel Pubbliċi tagħhom

Wegħda PL: Nirranġaw it-toroq kollha ta’ pajjiżna

Wegħda PL: Pensjonijiet imsaħħa

Wegħda PL: Inqas taxxi, aktar flus fil-but

L-islogan magħżul jirrifletti l-ekonomija b’saħħitha u stabbli li għandu pajjiżna u s-soċjetà Maltija li hija wkoll b’saħħitha u stabbli, u li tippermetti dawn it-tip ta’ prioritajiet. Prijoritajiet li se jkunu qed jassiguraw li l-ġid jasal għand kulħadd.

Gvern Laburista se jkun qed jibni fuq dak li diġà ġie mwettaq f’dawn l-aħħar erbà snin. Il-Prim Ministru ġab eżempju bil-kontijiet tad-dawl, u li kieku dawk li kienu sfidi kbar għall-familja għadhom ma ġewx indirizzati dawn il-proposti li se jkunu qed jassiguraw li l-poplu jgawdi minn ekonomija b’saħħitha ma kienux jistgħu jiġu proposti.

Fi tmiem l-ispjegazzjoni tiegħu l-Prim Ministru qal li quddiemu l-poplu għandu għażla, jew Joseph Muscat u t-tim kompetenti tiegħu jew Simon Busuttil u Marlene Farrugia b’koalizzjoni ta’ konfużjoni. Għalhekk, dawn il-prioritajiet jagħmlu l-għażla ferm iktar ċara; jew kontijiet orħos u inqas taxxi taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, jew inkella taxxi għola u ekonomija dgħajfa b’Simon Busuttil.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend