Il-wegħdiet imwettqa tal-PL; ara ritratti tal-Kappara – One News

Il-wegħdiet imwettqa tal-PL; ara ritratti tal-Kappara

Kif jidher tajjeb fir-ritratt, il-proġett tal-Kappara għaddej ġmielu, bl-istrutturi issa installati fuq il-post wieħed jista’ jinnota li dan il-proġett daħal f’fażi oħra.

Bil-ħidma li saret minn Transport Malta flimkien mal-Pulizija u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili l-ġarr ta’ travi tal-ħadid li waslu f’pajjiżna minn La Coruna fi Spanja kien wieħed ta’ suċċess.

Fil-fatt, dawn it-travi tqiegħdu fuq il-kolonni tul il-flyover, bl-itwal travu huwa twil mat-30 metru. Il-proġett se jkun qed inaqqas il-konġestjoni tat-traffiku.

Dan ma kienx l-uniku proġett infrastrutturali li Gvern Laburista għamel, fost oħrajn twettaq il-proġett tal-Coast Road, filwaqt li qed isir xogħol fuq il-pont tal-Imrieħel u se jkun qed jinbeda x-xogħol fuq il-junction tal-Marsa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend