1,030 ħaddiem b’aktar drittijiet – One News

Notifiki

1,030 ħaddiem b’aktar drittijiet

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabiltà nieda l-politika għas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema li jaħdmu mad-Dipartiment tal-anzjani.

Politika li se tolqot lil 1,030 ħaddiem, li minnhom 730 ħaddiem tal-Gvern u 300 ħaddiem li jaħdmu mal-kuntrattur li huma, fost l-oħrajn, carers, professjonisti u ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani kemm fil-komunità kif ukoll fid-djar tal-anzjani.

Politika li ġiet varata fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem u sabet l-appoġġ tal-unjins MUMN, il-UĦM u l-GWU.

Din hija fost l-ewwel politika li saret għall-ħaddiema tal-Gvern.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana qalet li permezz ta’ din il-politika l-Gvern qed joffri ambjent seren għall-ħaddiema filwaqt li l-anzjani jkomplu jingħataw l-aqwa servizz.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend