Stħarriġ doppju; il-Partit Laburista b’vantaġġ ta’ bejn 15,000 u 28,000 vot – One News

Notifiki

Stħarriġ doppju; il-Partit Laburista b’vantaġġ ta’ bejn 15,000 u 28,000 vot

Il-Partit Laburista żamm il-vantaġġ b’saħħtu fuq il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-Prim Ministru baqa’ fdat ferm iktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan jirriżulta minn żewġ stħarriġ tal-opinjoni  pubblika li għamlu l-maltatoday u t-Torċa.

Jekk wieħed jibdel il-persentaġġi li jidhru fl-istħarriġ f’numri jsib li l-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ bejn 15,000 vot u 28,000 vot fuq il-PN.

Skont il-Maltatoday li  kieku kellha ssir elezzjoni għadha l-Partit Laburista jkollu vantaġġ tajjeb ta’ 4% fuq il-Partit Nazzjonalista. Għalkemm meta jitneħħew dawk li ma jafux jew mhux se jivvotaw il-vantaġġ jikber għal 5.1%.

Il-Partit Laburista żamm il-maġġoranza ta’ dawk imsejjħa ‘switchers’ u li vvotawlu għall-ewwel darba fl-2013.

L-istess ‘switchers baqgħu jafdaw iktar lil Joseph Muscat b’għaxra fil-mija iktar.

Fl-istħarriġ f’ġimgħa fejn kien taħt attakk kontinwu bl-ikbar gidba politika fl-istorja Maltija Muscat kien magħżul bħala l-iktar fdat minn 37.5% tal-elettorat u Simon Busuttil 34%.

Hawn l-istħarriġ tat-Torċa, li hu iffirmat mill-istatistiku Vincent Marmara, ipoġġi f’vantaġġ ta’ għaxra fil-mija lil Joseph Muscat. Kemm meta l-mistoqsija hi min jagħmel l-aħjar Prim Ministru bejnu u Simon Busuttil u kemm meta hi min hu l-iktar fdat.

Meta mistoqsija li kieku kellha ssir elezzjoni għada lil min jivvotaw in-nies li wieġbu għall-istħarriġ tat-Torċa qalu b’saħħa lill-Partit Laburista. Fil-fatt qalu dan 40.8%, b’31.8% jagħżlu l-Partit Nazzjonalista. Jirriżulta li l-istħarriġ tat-Torċa qabad inqas nies li qalu ma nafx, mhux se nivvota jew ma wieġbux għal mistoqsija.

Għalkemm iż-żewġ stħarriġ juru l-istess xejriet b’saħħithom favur il-Partit Laburista u Joseph Muscat jagħtu numri differenti riżultat tal-metodoloġija li ntużat.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend