Arrestat raġel wara sejba ta’ droga – One News

Notifiki

Arrestat raġel wara sejba ta’ droga

 

Wara diversi ġimgħat ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ, ġie arrestat raġel ta’ 35 sena, residenti Birżebbuġa wara li nstab fil-pussess ta’ 25 kapsola li kien fihom trab abjad, allegatament kokaina u kif ukoll 4 boroż oħra li wkoll kien fihom trab abjad, x’aktarx kokaina.  Flimkien, dawn jammontaw għal madwar nofs kilo droga.

Fil-pussess tal-istess raġel instabet ukoll bag sealer li tissiġilla boroż tal-plastik bħal dawk misjuba fil-pussess tiegħu u li kienu lesti sabiex jiġu traffikati.

Ir-raġel ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-iktar stħarriġ.  Bil-każ ġiet infurmatal-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Is-suspettat mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu, b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend