Il-Ġurati jilliberaw Niġerjan akkużat li traffika d-droga | One News

Notifiki

Il-Ġurati jilliberaw Niġerjan akkużat li traffika d-droga

Niġerjan ta’ 39 sena b’passaport Olandiż ħareġ illiberat wara verdett tal-ġuri ta’ sebgħa kontra tnejn minkejja li kieku nstab ħati kien jeħel għomru l-ħabs.

Il-Ġuri beda jinstema’ il-ġimgħa li għaddiet fejn l-akkużat tressaq il-Qorti wara li fi Frar tal-2008 inqabad jittraffika d-droga.

Il-verdett finali ħareġ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu wara li talab għalih l-Imħallef Antonio Mizzi. L-avukati difensuri kienu Mark Sant u Simon Micallef Stafrace.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend