Jiżdiedu b’elf il-persuni b’diżabbiltà li issa qed jaħdmu – One News

Notifiki

Jiżdiedu b’elf il-persuni b’diżabbiltà li issa qed jaħdmu

Żdiedu b’elf il-persuni b’diżabbiltà fil-postijiet tax-xogħol. Ċifra li rrefera għaliha l-Prim Ministru Joseph Muscat meta indirizza konferenza dwar persuni b’diżabbiltà fl-impjieg bl-isem ‘Nista’ Naħdem – Intraprizi Maltin Protagonisti Tal-Inkluzjoni’, li ġiet organizzata minn Jobsplus u l-Fondazzjoni Lino Spiteri.

Il-Prim Ministru qal li erba’ snin ilu il-Gvern kellu pjan li jsaħħah l-ekonomija u li ħadd ma jaqa’ lura. Dan fisser li kull riżorsa jkun jista’ jiehu sehem.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat semma kif il-Gvern daħħal fis-seħħ liġi li kienet hemm u qatt ma kienet infurzata. Dan għax il-Gvern jemmen li x-xogħol jagħti d-dinjità, l-indipendenza u kif ukoll huwa s-sors tal-integrazzjoni soċjali.
Sostna li l-istigma tibqa’ u nistgħu nikkumbattuha bl-edukazzjoni. Dan filwaqt li tkompli l-ħidma biex tkun megħluba l’hekk imsejjħa unconscious bias.
Qal ukoll li llum ‘il ġurnata hemm iktar kumpaniji li qed iħaddmu persuni b’diżabbiltà milli dawk li qed iħallsu multa għax mhux iħaddmu persuni b’diżabbiltà.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend