AĠĠORNAT: Raġel jindarab gravi wara inċident bit-tractor | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Raġel jindarab gravi wara inċident bit-tractor

Għall-ħabta tad-09.20, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fiż-żona magħrufa bħala Ras ir-Raħeb, il-Baħrija limiti tar-Rabat.

Il-Pulizija mid-Distrett marru fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 71 sena, residenti r-Rabat, għal xi raġuni safa’ milqut minn tractor tat-tip Massey Ferguson waqt li kien qiegħed jaħdem fl-għalqa.

Jidher li x’aktarx, ftit qabel seħħ l-inċident, ir-raġel kien qiegħed jopera l-istess tractor. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura għall-ġrieħi gravi li sofra.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Vella LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend