Iktar medjazzjonijiet jingħalqu b'suċċess…inqas kawżi jinfetħu fil-Qorti tal-Familja | One News

Notifiki

Iktar medjazzjonijiet jingħalqu b’suċċess…inqas kawżi jinfetħu fil-Qorti tal-Familja

  • Ir-riforma fil-qasam tal-Ġustizzja qed tħalli l-frott anke fil-qasam tal-liġi tal-familja

Analiżi ta’ l-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena tal-operat tal-Qorti tal-Familja turi li waqt li l-ammont ta’ medjazzjonijiet żdiedu b’26.5% mqabbel mal-figuri tal-istess perjodu ta’ ħames snin ilu, l-ammont ta’ medjazzjonijiet li ngħaqlu bi qbil, jigifieri bonarjament, żdied għal 33%.

Dan ħabbru l-Minsitru għall-Ġustizzja Owen Bonnici waqt li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet,

Dan wassal biex naqsu sostanzjalment l-ammont ta’ kawzi li nfethu fil-Qorti tal-Familja fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena komparat ma’ l-istess perjodu hames snin ilu.  Fil-fatt dawna naqsu minn 244 ghal 192 kawza, cioe’ tnaqqis ta’21.3 fil-mija.  Din hija xejra pozittiva hafna, anke tenut kont li matul din il-leġiżlatura raħsu t-tariffi li wieħed irid iħallas biex jiftaħ proċeduri fil-Qorti tal-Familja biex jiġi żgurat li l-ġustizzja tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun.

Jirriżulta wkoll li żdiedet bil-bosta l-effiċjenza fejn jidħlu l-medjazzjonijiet meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur ta’ ħames snin ilu.  Fil-fatt, waqt li fl-ewwel tliet xhur tal-2012 kienu infetħu 399 medjazzjoni u ngħalqu 339, fl-ewwel tliet xhur tal-2017 infetħu 462 medjazzjoni u ngħalqu prattikament l-istess numru (461).  Minn dawn l-461, kważi nofshom, 213, ftiehmu bonarjament u 24 oħra rrikonċiljaw.

Sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, fil-Qorti tal-Familja kien hemm 1142 kawża pendenti, cioe’ tnaqqis ta’ 18% fl-ammont ta’ kawzi pendenti mqabbel mal-ewwel tliet xhur ta’ ħames snin ilu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend