"Magħluq kapitlu ikrah" – Joseph Muscat | One News

Notifiki

“Magħluq kapitlu ikrah” – Joseph Muscat

“Għalaqna darba għall-dejjem il-fabbrika tal-kanċer u llum stess qed jiġi kkonfermat li pajiżna qiegħed fuq produzzjoni ta’ enerġija nadifa, fl-istess jum li qed nirreġistraw mitt miljun ewro surplus”.

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat wara li tefa l-magni li kienu qed iħaddmu l-power station li taħdem bil-heavy fuel oil.

Irringrazzja u skuża ruħu f’isem il-Gvernijiet preċedenti lir-residenti tal-inħawi ta’ kemm kellhom isofru, minħabba l-użu ta’ dan it-tip ta’ żejt.

“Meta l-poplu tagħna l-fiduċja, mxejna fuq roadmap” qal Joseph Muscat.  Spejga kif minn kumpanija f’xifer il-falliment, issa l-Enemalta hija  kumpanija li tagħmel il-qliegħ.

Mhux talli hekk, talli fl-ewwel xhur ta’ dan il-Gvern raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u b’hekk tmenin miljun ewro kien injettati kull sena  fl-ekonomija Maltija.

Fuq kollox issa għandna arja aktar nadifa għalina u għal ulienda, qal il-Prim Minsitru. Qal li din kienet ħolma u mhux ħrafa…ħolma li issa hija r-realtà ta’ pajjiżna għas-snin u deċenji li ġejjin.

“Qiegħed hawn biex nagħlqu kapitlu ikraħ” qal Joseph Muscat. Sostna li ċ-ċumnija li minnha kien joħroġ it-trab iswed  kienet il-kważa ta’ tant ansjetà. Issa din l-aħħar simbolu se tieqaf taħdem u jibda xogħol fuq il-pipeline.

“Ma ħallejniex min jaqtalna qalbna u min ifixkilna” qal Muscat. Spjega li d-dewmien huwa minnu, imma kien riżultat ta’ tmexxija li riedet tara li l-affarijiet isiru tajjeb.  “Kellna tfixkil politiku, inkluż kif kien hemm min prova juża stituzjonijiet Ewropej. Kull deni ħudu b’ġid. Illum ma fadal ebda dubju” qal Joseph Muscat….”Dan hu dak li jiddistingwina”.

Il-Minsitru Konrad Mizzi qal li huwa proġett ta’ sodisfazzjon kbir iżda kkumplikat. Madanakollu mexa tajjeb bi tmexxija tajba. Tant li l-Kummissjoni Ewropea iċċertifikatu għall-aqwa prattiċi u saħqet kemm hemm bżonnu. Aġenziji tal-credit rating taw upgrades lill-Enemalta u tliet kummissarji Ewropej differenti żaru l-proġett.

“Kburi li ħdimt id f’id mal-Prim Ministru” qal Konrad Mizzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend