Kliem ta' sodisfazzjon għall-pjan biex wardens isiru ħaddiema tal-Gvern | One News

Notifiki

Kliem ta’ sodisfazzjon għall-pjan biex wardens isiru ħaddiema tal-Gvern

Is-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista fi stqarrija qalet li tilqa’ b’ sodisfazzjon l-aħbar li ta l-Prim Ministru  Joseph Muscat, li ser titkompla r-riforma tal-Gwardjani lokali u dan billi ma jibqgħux ħaddiema tal-privat iżda jsiru Dipartiment magħluq tal-Gvern. Dan wara li għal numru twal ta’ snin, is-sistema ikkonfermat dak li ilha tgħid is-Sezzjoni, li ma jistax ikollok sistema ta’ infurżar li tkun imħaddma mill-privat, fejn l-għan ewlieni tiegħu hu biss li jagħmel il-profitt.

“Din il-mizura, li bħala Sezzjoni konna ressaqna bħala proposta, se twassal sabiex il-Gwardjani Lokali jkollhom kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol u dan iwasaal sabiex huma wkoll jagħtu servizz aħjar liċ-Ċittadin.

Din il-miżura se twassal ukoll biex ikun hemm kollaborazzjoni ikbar bejn il-Kunsilli u l-management tal-Gwardjani filwaqt li għandha twassal ukoll sabiex l-ispiża għal Kunsilli Lokali tkun waħda ferm inqas minn dik preżenti.

Is-Sezzjoni Kunsilliera PL qed tikkommetti  ruħha li fil-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tressaq proposti dwar kif is-sistema l-ġdida tista’ titħaddem, primarjament sabiex nuqqasijiet u abbuzi illi jsiru minn minoranza ta’ ċittadini u li bħalissa mhux jiġu ndirizati, il-Gwardjani jkollhom l-awtorità sabiex jintervjenu.”

Is-Sezzjoni Kunsilliera PL awgurat li ssir diskussjoni sana mal-partijiet kollha involuti sabiex fl-aħħar tassew naraw ir-riforma ħolistika li kemm il-Gwardjani Lokali kif ukoll il-Kunsilli Lokali, ilhom jistennew sabiex tikber dejjem iktar il-koperazzjoni bejnithom.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend