Attitudnijiet differenti; min imur bil-provi u min le – One News

Notifiki

Attitudnijiet differenti; min imur bil-provi u min le

Daphne Caruana Galizia rrifjutat li tixhed quddiem il-Maġistrat Inkwirenti.

L-editur maniġerjali tal-maltatoday kiteb li meta hu jallega jmur iressaq il-provi. Xi ħaġa li mhix qed tagħmel Daphne Caruana Galizia, li fl-artiklu tiegħu Balzan qal li din tispara bl-adoċċ.

Kiteb dwar l-attitudni differenti li kien ħa mill-blogger nazzjonalista Daphne Caruna Galizia li ikkopera mal-pulizija meta zvela l-iskandlu taz-zejt .

Balzan qal li fl-stess ġurnata li f’Jannar tal-elfejn u tlettax zvela l-iskandlu ta’ zejt mar mill-ewwel bil-fatti u dokument li kellu f’idejh għand l-assistent kummissarju Michael Cassar biex tibda l-investigazzjoni.

Għal kuntrarju Saviour Balzan qal li Caruana Galizia tispara mingħajr ma tipprova evidenza  u tagħmel l-ħsara.

Zied li huwa dritt tal-qarrej li meta jaqraw aħbar din tkun kredibbli u pruvata b’evidenza.

Saviour Balzan  li huwa wieħed mill-persuni li esperjenza l-kitba għarrieqa ta’ Daphne  Caruana Galizia qal li ma jistax jemminha.

“If I personally had not suffered her verbal abuse…I would be the first to believe her. But I cannot erase what she said.”

Tkellem ukoll dwar l-aġir tal-kap nazzjonalista Simon Busuttil li dejjem jibbaza l-battalja politika tiegħu fuq l-kitba ta’ Caruana Galizia. Sostna kif id-dibattitu ta’ Xarabank kien opportunita ideali għal Simon Busuttil biex jipprova l-evidenza . Izda f’dibattitu ta’ sagħtejn Busuttil ma prezenta l-ebda evidenza.

“His battle cry is totally based on a blog post”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend