Tfajla ta' 17 u ġuvni ta' 18-il sena arrestati wara sejba ta' droga fil-Marsa | One News

Notifiki

Tfajla ta’ 17 u ġuvni ta’ 18-il sena arrestati wara sejba ta’ droga fil-Marsa

Wara raid li sar mill-iskwadra ta’ kontra d-drogi fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel, il-Marsa, instabu ammont sostanzjali ta’ qratas moħbija li kien fihom trab abjad u trab kannella.

Il-Pulizija arrestat żewġ żgħażagħ – tfajla ta’ 17-il sena u ġuvni ta’ 18-il sena, b’rabta ma’ dan il-każ u għadhom qegħdin jinżammu biex jgħinu fl-investigazzjonijiet.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend