Investiment ta’ €14-il miljun fil-housing u l-enerġija – One News

Investiment ta’ €14-il miljun fil-housing u l-enerġija

Erbatax-il miljun ewro ta’ fondi Ewropej se jiġu investiti fil-qasam tal-housing u l-enerġija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej Ian Borg spjega li €10 miljun tal-ammont imsemmi se tkun qed tibbenefika minnhom l-Awtorità tad-djar li se tkun qed tinvestihom f’xogħol ta’ manutenzjoni fuq djar tal-housing, bil-ħsieb li jiġu modernizzati, fost oħrajn bl-installazzjoni ta’ lifts.

Erba’ miljun ewro minn dawn il-fondi Ewropej se jiġu allokati għal żewġ proġetti tal-enerġija.

Proġett minnhom se jkun qed ibiddel il-fanali ta’ toroq arterjali madwar Malta għal LED u proġett ieħor se tkun qed tibbenefika minnu r-residenza ta’ San Vinċenz hekk kif permezz ta’ dawn il-fondi se tkun qed tinvesti f’sistema tal-enerġija aktar rinovabbli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend