Raġel midrub gravi…prova jitfi n-nirien li ħakmu karozza mhux tiegħu fil-Ħamrun | One News

Notifiki

Raġel midrub gravi…prova jitfi n-nirien li ħakmu karozza mhux tiegħu fil-Ħamrun

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li sofra minn ħruq meta pprova jitfi n-nirien li ħakmu vettura li lemaħ taqbad meta kien fuq il-post.

L-inċident seħħ kmieni dalogħodu, għall-ħabta tan-00:30 fi Triq il-Fatati, il-Ħamrun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufiħ fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa vettura fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Jidher li ftit qabel il-wasla tal-Pulizija raġel ta’ 30 sena, residenti Santa Venera li kien fuq il-post sofra xi ħruq wara li prova jitfi l-vettura  tal-għamla BMW X5. Ir-raġel iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Aaron Bugeja LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend