“ILLUM IL-ĠURNATA TAL-PROVI” – Joseph Muscat | One News

“ILLUM IL-ĠURNATA TAL-PROVI” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat stieden lil Simon Busuttil biex illejla jiltagqħu f’dibattitu fuq ix-xandir tal-istat. “I’m available, nittama li hu available” qal Joseph Muscat, filwaqt li qal li se jħares f’għajnejn Simon Busuttil u jgħidlu li qed jigdeb. Jgħidlu biex jipproduċi l-fatti, għax “illum ġurnata tal-provi”.

Bħalissa, spjega l-Prim Minsitru, qed jinfetħu libelli u saret talba biex jinstemgħu b’urġenza.Ilbieraħ ħa l-Pariri kollha u talab li tinfetaħ inkjesta b’Maġsitrat, li bdiet tul il-lejl li għadda.

Il-Prim Ministru staqsa jekk hemmx dokument awtentiku li juri li xi kumpanija jew kont mhux dikjarat seta kien jew hu tiegħu, ta’ martu u ta’ familtu. Staqsa jekk din il-kumpanija, huma personali kellhomx jew għandhomx kontijiet fil-bank imsemmi jew kwalunkwe bank ieħor mhux iddikjarat. Staqsa hu martu jew il-familja tiegħu qattx irċevew flus mill-Azerbaijan jew kwalunkwe post fid-dinja fil-kontijiet imsemmija. Staqsa wkoll jekk hemmx provi li sar xi trasferiment ta’ flus minn Michelle Buttigieg.

“Issa” qal Muscat, “Busuttil irid iwieġeb għall-allegazzjonjiet bil-provi”.

Innota kif Busuttil qal li mhux xogħolu jġib il-provi. “Mhux xogħolu li jitfa t-tajn” qal Joseph Muscat.

Innota stqarrija li ħarġet minn Pilatus Bank, li fost oħrajn qed jgħid li ebda kumpanija msemmija fl-allegazzjonijiet ma kellha kont magħha. “Nistenna li dawn il-fatti li qed jgħid il-bank jiġu kkonfermati mill-Maġsitrat li se jkollu l-aċċess kollu” qal Muscat, u fakkar li transfers bankarji huma dejjem reġistrati b’sistema internazzjonali u allur huwa faċli jkun ikkonfermat kienx hemm trasferimenti.

“Nemmen f’politika differenti” qal Muscat. “Illum faċli ndoqq tnabar ta’ gwerer politiċi”. Minflok, appella għas-serenità. Qal li dan il-Gvern se jkompli jaħdem, minkejja li jinsab imdejjaq għax qed jintuża ħafna ħin fuq allegazzjonijiet u gideb. “Nibqa pożittiv…nappella għall-kalma” qal Muscat.

Qal li jemmen li Simon Busuttil qed jipprova jsalva ġildu billi jattakka lilu u lil martu. Qed jidħol għal frameups u gideb li permezzz tagħhom qed jitfa fil-periklu l-qasam tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna.

Dan għandu jibqa jkun hemm kunsens sħiħ dwaru. “M’għandix x’niddejjaq minn din il-kwistjoni” tenna Muscat. “Dejjem għedt il-verità”.

Ta’ QabelLi Jmiss