Ħames NGOs jibbenefikaw minn €42,073 – One News

Notifiki

Ħames NGOs jibbenefikaw minn €42,073

Ħames għaqdiet mhux governattivi ingħataw bejniethom €42,073 biex ikunu jistgħu jwettqu proġetti. Proġetti dwar diversi oqsma fosthom kultura , enerġija u integrazzjoni .

Dan bħala parti minn skema ffinanzjata minn fondi ewropej fejn b’kollox se jkunu tqassmu aktar minn €86,000.

Fost l-ħames għaqdiet  li se jibbenefikaw minn dawn il-fondi hemm Aditus , Daughters of the Sacred Heart u Sisters of Charity of St Jeanne Antide .

Il-Ministru għad-djalogu soċjali Helena Dalli qalet li din hija waħda minn diversi skemi li permezz tagħha l-għaqdiet non-governattivi jkunu jistgħu jingħataw fondi biex iwettqu proġetti fil-komunità.

Filwaqt li faħħret l-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet għall-ġid li jagħmlu fis-soċjetà maltija .

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend