Titwaqqaf taqsima ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ reati kriminali fil-Korp tal-Pulizija – One News

Notifiki

Titwaqqaf taqsima ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ reati kriminali fil-Korp tal-Pulizija

Il-Victim Support Unit fi ħdan il-Pulizija se tkun il-punt ta’ riferiment għall-vittmi tal-kriminalita’ kif ukoll il-qraba tagħhom u tara li tibda tindirizza u tressaq il-vittmi lejn servizzi offruti min entitajiet u ghaqdiet non governattivi.

L-għan prinċipali ta’ din is-sezzjoni huwa li filwaqt li jkun żgurat li jiġu implimentati  l-proċeduri stabbiliti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, jitħarsu d-drittijiet tal-vittmi.  

Il-Unit se tkun qed taghti l-ewwel għajnuna b’mod immedjat  lill-vittmi ta’ reati kriminali.

It-Taqsima ser tkun qed titmexxa mill-ispettur tal-Pulizija Silvana Gafa li hija wkoll gradwata fil-Counselling u fil-Kriminoloġija, u magħha għandha sapport amministrattiv.  Ittieħdu passi ukoll biex f’din it-taqsima jiżdiedu professjonisti oħrajn u għal dan il-għan qed isir ir-reklutaġġ meħtieġ.

It-taqsima se tkun responsabbli ukoll biex tikkordina  is-servizz li jingħata mill-pulizija specjalment dawk tal-għases distrettwali li jkollom kontinwament kuntatt ma vittmi ta’ reati kriminali. L-iskop huwa li jintlahqu  l-vittmi appena kif jitwettaq reat meta dawn ikunu l-aktar  vulnerabbi u li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Wara li l-vittma tmur tagħmel ir-rapport tagħha lill-pulizija fl-għassa, il-vittma ser tkun qed tingħata l-għażla jekk tkunx tixtieq li tiġi riferuta lejn il-Victim Support Unit (VSU) tal-Pulizija. Jekk il-persuna taqbel, il-pulizija li jkun ħa r-rapport tal-vittma ser ikun qed jagħmel kuntatt mal-VSU sabiex jgħaddi d-dettalji lill-uffiċjal tal-VSU, u minn hemm isir appuntament separat mal-vittma.

Minħabba l-vulnerabbiltà ta’ diversi vittmi, il-post li fih ser ikunu qed isir ix-xogħol ma dawn il-vittmi ser ikun post fejn kemm jista’ jkun ma jiltaqgħux ma’ l-aggressuri tagħhom jew nies arrestati oħra. 

Inħoloq uffiċju apposta li hu attrezzat b’mod li l-vittmi jkunu jistgħu ossuhom komdi jitkellmu f’ambjent adekwat u differenti minn dak f’għassa. Flimkien mal-vittma jiġi diskuss x’ikun l-aħjar mod ta’ kif tkun tista’ tingħata l-aħjar għajnuna f’dak il-perjodu li tkun għaddejja minnu. 

Kull assistenza tiddependi mill-każ partikolari. Kull każ huwa uniku, u kull persuna hija wkoll unika bill-bżonnijiet invidwali tagħha.

Dan il-Unit beda bl-ewwel xogħol tiegħu bħala proġett pilota minn Jannar u erba’ xhur wara ninsabu sodisfatti bil-livelli li ntlaħqu s’issa u li nittamaw li jkomplu jizdiedu il-quddiem. 

F’dawn l-ewwel xhur kien hemm medja ta’ 40 każ fix-xahar li gew riferuti lill VSU. Wara li llum tnieda ufficjalment dan is-servizz, il-pubbliku jkun mgħarraf aktar dwar dawn is-servizzi.

F’dawn l-aħħar ġimgħat huma raw każijiet li kienu jinvolvu nies vulnerabbli, bħal tfal, anzjani, vittmi ta’ vjolenza domestika, vittmi ta’ abbuż jew qraba ta’ każijiet serji. Bħala eta’ ma kienx hemm waħda partikolari pero ġie innutat li l-maġġoranza tal-persuni li raw kienu nisa.

Filwaqt li din it-Taqsima se tagħti attenzjoni lil każijiet kollha ta’ vittmi ta’ kriminalita’ li jiġu quddiemha, bħalma jiġri f’kull servizz ieħor ser ikunu qegħdin jimxu b’sistema ta’ prijorita’ lil dawk li l-aktar jkunu meqjusa serji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend