Ordnat iħallas flus li seraq | One News

Notifiki

Ordnat iħallas flus li seraq

James Refalo li kien jaħdem ta’ skrivan ma’ Ħal Far Quarries Limited nstab ħati li seraq lill-kumpanija li kienet tagħtih il-ħobża ta’ kuljum.

Fil-Qorti huwa ġie mixli li f’perjodu ta’ diversi snin żamm għalih xi flus minn pagamenti li kienu jidħlu minn bejgħ ta’ materjal tal-bini minn barriera.

L-ammont ilaħħaq it-€30,000 u l-Qorti ordnat li Refalo jirrifondi dawn il-flus lill-kumpanija bl-imgħax.

Huwa ġie ordnat ukoll iħallas l-ispejjeż tal-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend