Jekk trid tiġri, mur Għawdex! – One News

Notifiki

Jekk trid tiġri, mur Għawdex!

It-Teamsport Gozo Half Marathon saret l-ewwel nofs maratona f’Malta li rċeviet standard ta’ ċertifikazzjoni mill-European Athletics.

Fi stqarrij d-diriġenti qalu li n-numru ta’ parteċipanti li qed jieħdu sehem f’dan l-avveniment qed jiżdied b’ritmu mill-aktar mgħaġġel u din iċ-ċertifikazzjoni qiegħda tkompli tassigura livell ta’ kwalita’ lill-atleti minn madwar l-Ewropa kollha.

Il-European Athletics tifforma parti mill-fondazzjoni Running for All, li hija marka b’saħħitha u rikonoxxuta għall-attivitajiet tal-ġiri madwar l-Ewropa kollha. Huwa għalhekk li dan il-premju huwa ta’ prestiġġju kbir.

Sabiex n-nofs maratona ingħatat l-marka tar-rata ta’ tliet stilel, il-European Athletics u l-Malta Amateur Athletics b’reqqa kbira assessjaw u evalwaw 54 kategorija differenti – kategoriji li jvarjaw minn amministrazzjoni u l-finanzi għad-distanzi u anke l-kundizzjonijiet tal-maratona. Dan sar sabiex tiġi akkwistata stampa sħiħa tal-kundizzjonijiet kollha li jridu jikkompetu fihom l-atleti li jiġu minn madwar id-dinja kollha.

Investew ukoll li jinvesti f’sistema timing chips sabiex ikompli jgħolli l-istandard ta’ dan l-avveniment. Din is-sistema tassigura preċiżżjoni akbar tal-ħin ta’ meta l-atleta jaqbeż il-linja tat-tmiem il-maratona. Din is-sistema tal-UHF li ġiet żviluppata mill-RFID Race Timing se tkun tista’ taqra kull tag li tikkonforma mal-RFID Gen 2 protocol. Il-kumitat għamel fiż-żgur ukoll illi din is- sistema tkun disponibbli għalina kull sena u għalhekk ġie deċi li tinxtara din is-sistema b’investiment ta’ €15,000.

Bħalha parti mill-preparamenti għall-avveniment tal-2017, il-kumitat organizzattiv waqqaf kampanja sabiex jinkoraġixxi lil is-segwaċi tal-Gozo Half Marathon għal ħajja b’saħħitha u anke għal sens ta’ responsabbiltà soċjali. Għal dan kienu qed jinkitbu diversi blogs dwar nutrizzjoni tajba u eżerċizzju, kemm fuq is-sit onlajn u kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook. S’issa, inkiser ir-rekord ta’ aktar minn 700 persuna minn 38 nazzjon differenti li rreġistrat għal dan il-avveniment. Dan juri l-impenn tal-kumitat biex nassiguraw li t-tlielaq kunu miftuħa għal kulħadd, irrispettivament mill-età, mir-razza jew mill- orjentazzjoni. Fil-fatt din is-sena, id-disinn tal-medalja turi t-twemmin tagħna fit-tolleranza u l- integrazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend