Il-Ministru Carmelo Abela jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga | One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga

Il-Ministru Carmelo Abela bagħat ittra lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-għoti ta’ kuntratt għal xogħlijiet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, fit-Taqsima Forensika u fil-YOURS għal sistema tal-informatika ġdida u kameras CCTV.

Dan fid-dawl t’allegazzjonijiet li saru fil-Parlament mill-Oppożizzjoni, li l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ma mexiex mal-proċeduri tal-Gvern meta ngħata l-kuntratt b’direct order. Allegazzjonijiet li l-Ministru ċaħad, u sejħilhom gideb.

Sa mill-ewwel allegazzjoni, il-Ministru kien qal li m’għandu l-ebda problema bl-Oppożizzjoni tieħu l-każ quddiem l-Awditur Ġenerali, iżda sal-lum ma ttieħdu l-ebda passi.

Għaldaqstant il-Ministru Carmelo Abela qed jitlob lill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi biex jekk ikun hemm qbil bejn tliet membri biex din l-investigazzjoni ssir, jieħdu l-ittra tiegħu quddiem l-Awditur Ġenerali biex jinvestiga kif saru l-affarijiet.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru spjega li kien fl-interess tas-sigurtà fil-faċilitajiet korrettivi li ttieħdet id-deċiżjoni; sabiex wara snin twal ta’ traskuraġni u telqa, tiddaħħal sistema ġdida tal-informatika b’kameras tas-CCTV għal aktar sigurtà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend