Ħmar il-lejl għall-familja Grech li beda waqt Paqpaqli 2015 | One News

Notifiki

Ħmar il-lejl għall-familja Grech li beda waqt Paqpaqli 2015

Ħmar il-lejl li beda fl-4 ta’ Ottubru 2015 u li għadu sejjer sa llum. Il-familja Grech għadha għaddejja minn martirju wara l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina il seħħ sentejn ilu. L-avukat Michael Grech fil-Qorti rrakkonta kif kien illarga minn ħdejn martu u bintu fil-ħin li seħħ l-inċident. Wara l-ħoss qawwi ta’ brejkijiet u paniku, sab lil bintu ta’ sitt snin f’għadira demm, mitlufa mis-sensi, u martu mal-art ukoll, kollha dmija. Mument diffiċli mmens kien meta kellu jitlaq lil martu f’dak l-istat biex jassisti lil bintu fl-ambulanza.

Sa llum, għad hemm kumplikazzjonijiet kbiar. It-tifla għandha mobbiltà limitata u l-omm f’riskju li titlef sieq, u tuża s-siġġu tar-roti.

Waqt ix-xhieda fil-Qorti, l-ispettur Silvio Magro, wieħed milli mexxa l-investigazzjoni wara l-inċident, qal li attendiet l-ispettur Louise Calleja minfloku għal laqgħa tal-kumitat qabel l-avveniment. Din qaltlu li ntqal li kienu se jkunu segwiti l-prassi ta’ snin ta’ qabel, bil-Pulizija tieħu ħsieb il-folla u t-traffiku. L-ispettur ma setax iwieġeb jekk kienx hemm uffiċjali inkarigati mis-saħħa u s-sigurtà waqt il-laqgħa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend