Żagħżugħ imut wara li ġie imbuttat waqt logħba futbol | One News

Notifiki

Żagħżugħ imut wara li ġie imbuttat waqt logħba futbol

Partitarju tal-futbol miet wara li sofra minn ġrieħi gravi f’rasu – jumejn wara li ġie imbuttat għal isfel minn fejn kien qed isegwi l-partita. Huwa ġie imbuttat minn numru ta’ partitarji wara li ħasbu li kien partitarju tat-tim rivali. 

Emanuel Balbo ta’ 22 sena kellu xi jgħid ma partitarju ieħor li kien fl-istess naħa waqt partita bejn Belgrano u Talleres. Dawk li kienu fuq il-post qalu li Balbo għajjat li huwa kien partitarju ta’ Talleres f’nofs il-partitarji ta’ Belgrano.

F’dak il-mument il-partitarji tat-tim oppost imbuttawh għal isfel, kif jidher f’filmat li qed idur onlajn. Huwa waqa’ fuq taraġ tal-konkrit minn għoli ta’ madwar ħames metri. Huwa ttieħed l-isptar għall-kura wara li sofra minn ġrieħi f’rasu, bit-tobba ddikjarawh bħala brain dead.

Erba’ persuni ġew arrestati wara dan l-attakk bl-assoċjazzjoni tal-futbol tal-Arġentina titlob li ssir ġustizzja. Qed jiġi irrapportat li fi żmien erba’ snin mietu 40 persuna fi vjolenza relatata mal-futbol fl-Arġentina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend