Pika tista’ xxekkel proġett fil-Mosta – One News

Notifiki

Pika tista’ xxekkel proġett fil-Mosta

Pika interna u opportuniżmu politiku waslu biex il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta jieħdu attitudni li tfixkel wieħed mill-iktar proġetti bżonnjużi għal din il-lokalità; dak ta’ parkeġġ fiċ-ċentru tal-lokal.

Kien is-sena li għaddiet li Projects Malta ħarġet seħja għall-proposti biex isir proġett li mhux biss se jfisser iktar spazji ta’ parkeġġ iżda wkoll spazji iktar miftuħa biswit ir-Rotunda.

Għal din is-sejħa daħlu żewġ proposti għand Projects Malta li kienu diskussi wkoll f’laqgħa mal-Kunsill Lokali.

Saħansitra kien kien l-istess Kunsill Lokali li fi żmien li Sindku tal-Mosta kien hemm Edwin Vassallo talab il-gvern jintervjeni biex tittaffa l-isfida tal-parkeġġ.

Iżda, il-bidla fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali tal-Mosta waslet biex ittieħdet pożizzjoni kuntrarja, bis-Sindku Ivan Bartolo jieħu l-maġġoranza nazzjonalista f’pożizzjoni oħra.

Dan biex Bartolo jirkeb fuq it-tħassib ġenwin ta’ xi Mostin li qalu li jinkwetahom li proġett ta’ parkeġġ taħt l-art se jsir mhux bogħol mill-Knisja.  Għax bħal Edwin Vassallo, Bartolo hu kandidat għall-elezzjoni ġenerali.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Alex Muscat, minority leader tal-Kunsilliera Laburisti fil-Mosta, fisser kif fil-bidu l-kunsill kellu pożizzjoni komuni.

Muscat fakkar kif il-Kurja wkoll aċċettat li tkun fuq kumitat tekniku ta’ Projects Malta dwar is-suġġett.

Għax kif kien spjegat iktar minn darba mhu se jsir ebda proġett li jista’ jagħmel ħsara lill-monument li tant hu għal qalb il-Mostin.

Il-pożizzjoni mibdula tal-Kunsill Nazzjonalista hija wkoll riżultat tal-opportuniżmu tal-Kap tal-Oppożizzjoni li għax ra ftit tħassib ġenwin ingħaqad ma’ Bartolo biex jirkeb fuqu.

Iżda, il-kunsillieri laburisti fil-Mosta sostnew kemm dan hu proġett importanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend