Jinżamm arrestat ir-raġel li allegatament abbuża tifla ta’ 14-il sena f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat ir-raġel li allegatament abbuża tifla ta’ 14-il sena f’San Pawl il-Baħar

Anzjan Taljan ta’ disgħa u sittin sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li kkorrompa tifla t’erbatax–il sena fil-garaxx tiegħu f’San Pawl il-Baħar.

L-allegat każ seħħ is-Sibt filgħodu, meta l-anzjan sforza lit-tifla Ungeriża biex tagħmel atti sesswali.

Hija ħarbet minn fuq il-post u l-ġenituri tagħha nfurmaw lill-Pulizija; b’dawn tal-aħħar arrestaw lis-suspettat.

Fil-Qorti, l-anzjan qal li l-atti sesswali kienu kunsenswali, u li t-tifla qaltlu li ma kinitx taħt l-età.

Il-Qorti ddeċidiet li żżomm lill-anzjan arrestat biex minbarra li tkun protetta t-tifla, ma jkunux avviċinati x-xhieda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend