Żieda fl-istudenti tal-mediċina – One News

Notifiki

Żieda fl-istudenti tal-mediċina

Fl-aħħar sitt snin l-istudenti tal-mediċina fl-Università ta’ Malta żdiedu b’mod konsiderevoli. Ta kontribut kbir ukoll lejn din iż-żieda l-ammont ta’ studenti barranin. F’din is-sena skolastika hemm 808 studenti tal-mediċina meta fis-sena skolastika 2010/2011 kien hemm 488 student.

Sitt snin ilu kien hemm 25 student tal-mediċina fl-Università ta’ Malta li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Illum hemm 154. Filwaqt li sitt snin ilu kien hemm 44 student barra l-Unjoni Ewropea, is-sena li għaddiet u din is-sena kien hemm 86.

L-istudenti Maltin żdiedu minn 419 għal 568.

Dawn in-numri juru li pajjiżna jista’ jkun suq importanti għall-edukazzjoni medika u għalhekk kienet importanti l-miġja tal-iskola medika ta’ Barts li l-bini tagħha f’Għawdex beda u li iktar tard din is-sena mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend