Jinstab iċ-ċurkett ta’ Anna… iżda Anna se tinstab? – One News

Notifiki

Jinstab iċ-ċurkett ta’ Anna… iżda Anna se tinstab?

Meta nmorru l-baħar u jaqalna xi ħaġa fil-fond ħafna drabi ninkwetaw li mhux se nerġgħu nsibuha. L-inkwiet ikun akbar jekk l-oġġett li nitilfu jkun iċ-ċurkett tat-tieġ. Iżda jidher li din ġrat lil ċertu mara bl-isem ta’ Anna.

Dan hekk kif għaddasa li niżlu taħt il-baħar f’Wied iż-Żurrieq għamlu sejba mhux tas-soltu hekk kif sabu ċurkett tat-tieġ bil-kliem ‘Anna’ u d-data 7-12-76.

Kien minn din is-sejba li beda l-appell ta’ Corsair Driving Malta bl-għan li jsibu ta’ min kien dan iċ-ċurkett u jekk hemmx xi persuna li ilha tfittxu għal snin twal biex b’hekk ladarba ssir taf tieħu l-ferħa li forsi qatt ma bassret li se tieħu.

Għalhekk wieħed irid jistenna biex jara jekk dan iċ-ċurkett hux se jkun qed jagħti sorpriża lil min tilfu, jekk l-appell iwassalx għal xi storja dwar ċurkett jew inkellha jekk is-sid hux se jinstab.

Kien hemm min ħareġ b’teoriji differenti, fosthom li l-mara tefgħet dan iċ-ċurkett il-baħar hekk kif iż-żwieġ tagħha ntemm. Iżda minn jaf? Nistennew u naraw jekk Anna hux se tinstab.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend