Mijiet jitilgħu s-Salib tal-Għolja biex jgħixu l-Passjoni ta’ Kristu – One News

Notifiki

Mijiet jitilgħu s-Salib tal-Għolja biex jgħixu l-Passjoni ta’ Kristu

F’xenarju li jgħaxxaq l-għajnejn minħabba l-ġmiel tan-natura, is-Salib tal-Għolja lbieraħ filgħaxija nbidel f’post ta’ qima u riflessjoni għal dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Is-Salib tal-Għolja, fl-inħawi tas-Siġġiewi f’Ħamis ix-Xirka laqa’ ħafna nies li jitilqu b’pellegrinaġġ mill-Knisja Parrokjali tar-raħal u jerħulha lejn wieħed mill-aktar postijiet għolja fil-gżira.

Biex b’hekk għal darb’oħra l-mixgħela tas-Salib tal-Għolja mhux biss ġibdet interess qawwi imma kompliet mal-atmosfera ta’ ġabra u spiritwalità.

Wara nuqqas ta’ tliet snin din is-sena itella’ dramm b’differenza. Id-direttur artistiku Renzo Bonello stqarr li t-telgħa minnha nnifisha rnexxilha toffri ambjent tal-passjoni u dawk li attendew setgħu  jirreletaw aktar mal-akbar ġrajja.

Bħal kull sena spikkat l-għaqda fost dawk li telgħu t-telgħa tal-Għolja u waqfu jitolbu quddiem l-istatwi. B’differenza mis-sena li għaddiet, din is-sena t-temp ippermetta u minkejja dik iż-żiffa ta’ matul il-lejl, b’xorti tajba ma niżlet ebda qatra xita.

Ritratt: Moments Photography 
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend