FILMAT: ELUF jimxu mill-Mellieħa sal-Isla b’risq Puttinu – One News

Notifiki

FILMAT: ELUF jimxu mill-Mellieħa sal-Isla b’risq Puttinu

Fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira, eluf ingħaqdu għall-mixja b’risq Puttinu. F’lokalitajiet differenti madwar pajjiżna n-nies jinġabru għal xi pageant, jitilgħu s-salib tal-għolja u jduru l-knejjes biex jagħmlu l-visti iżda kien hemm dawk li għażlu li mis-2.00 ta’ filgħodu jibdew il-mixja li ta’ kull sena tiġbor ammont sabiħ ta’ flus għal Puttinu.

Għażla li bħal donna tirrifletti t-tbatija assoċjata mal-Ġimgħa l-Kbira. Minn idea ta’ żewġ irġiel, din il-mixja tniżżlet fil-Kalendarju tal-Maltin bl-14-il edizzjoni tkun suċċess ieħor. Mhux faċli li wieħed jagħmel din il-mixja sal-aħħar iżda uħud jagħżlu li dan ikun is-sagriffiċju li jagħmlu f’dan iż-żmien tas-sena. Għall-ħabta tal-4.00 l-Isla laqgħet dawk li temmew l-ewwel din il-mixja.

Mal-wasla tal-parteċipanti tispikka l-għejja iżda s-sodisfazzjon li jħossu “ma jibdluh ma’ xejn.” Loġistikament din il-mixja tinvolvi ħafna ħidma – fost oħrajn Pulizija joffru l-ħin tagħhom volontarjament. Id-donazzjoni li ntalbet mill-parteċipanti mistennija ssarraf f’ammont sabiħ ta’ donazzjoni għal Puttinu Cares.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend