Miljuni ta’ Ewro minn studenti tal-Ingliż – One News

Notifiki

Miljuni ta’ Ewro minn studenti tal-Ingliż

Baqa’ b’saħħtu l-kontribut tal-istudenti tal-Ingliżi fis-settur turistiku.

Studenti li ġew Malta tul l-2016 biex jistudjaw il-lingwa Ingliża ħallew  €193 miljun fl-ekonomija Maltija. Dan ifisser tmienja fil-mija tal-ammont ta’ flus li ħallew it-turisti tul is-sena li għaddiet.

Dan intqal fi preżentazzjoni ta’ rapport imħejji minn FELTOM, il-Federazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet tat-Tagħlim tal-Ingliż f’Malta.

Ir-rapport tal-FELTOM innota ukoll li swieq prominenti li minnhom ġew studenti f’Malta fi programmi tas-sajf kienu mill-Italja, Franza u Ġermanja.

B’Kollox studenti barranin qattgħu ftit inqas minn mitejn u tletin elf ġimgħa f’pajjiżna, medja ta’ għoxrin ġurnata kull student.

Il-kap eżekuttiv ta’ Feltom, Genevieve Abela, qalet li r-rapport ikopri studenti li jiġu l-biċċa l-kbira fuq programmi temporanji fis-sajf. Issa, il-Federazzjoni se taħdem għal programmi ma’ studenti oħra. Fosthom ‘walk-in students’, li jiġu għal madwar sitt xhur. Qalet li dawn iridu jkollhom l-opportunità li jaħdmu ftit sigħat fil- ġimgħa biex jappoġġjaw l-irwol tagħom fis-soċjetà tagħna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend