"Ma nkomplux inkissru l-vittmi ġenwini" – Owen Bonnici | One News

Notifiki

“Ma nkomplux inkissru l-vittmi ġenwini” – Owen Bonnici

Minflok kriminalizazzjoni, ċans għal riforma. Minflok titressaq il-Qorti, vittma tersaq lejn min jista’ jgħinha.

Pajjiżna tista’ tgħid daħal bla xkiel fir-riforma radikali relatata ma min jinqabad b’pussess sempliċi tad-droga. Pussess sempliċi tfisser droga għall-użu personali u mhux intenzjonata li tinbiegħ lill-ħaddieħor.

Il-Kumissarju responsabbli mit-tmexxija ta’ din is-sistema, Vicky Scicluna, qalet li sentejn ilu nbidlet mhux biss il-liġi, imma mentalità. Il-vittma titressaq quddiem tribunal, fejn xorta waħda hemm ċertu formalità bħall-Qorti. Madanakollu, hemm differenzi kruċjali. Ir-reat ma jibqax importanti, imma l-persuna ssir iċ-ċentru tal-attenzjoni.  Il-Pulizjia tkun ħadet stqarrija mingħand il-persuna, u ma tinżammx 48 siegħa.

Spjegat li fil-bidu kien hemm min ħaseb li kienu qed jillaxkaw ir-regoli fejn tidħol id-droga. Il-verità, kif anke aċċenna l-Minsitru Owen Bonniċi li mexxa l-liġi ‘l quddiem, hi li issa l-ġlieda hija kontra min jitraffika d-droga.

“Li inti tiġġieled it-traffikar tad-droga ma tagħmlux billi tkisser lill-vittmi ġenwini tad-droga” spjega l-Minsitru Bonniċi

Vicky Scicluna spjegat li isa persuna tidher quddiem it-Tribunal fi żmien tliet xhur. F’temp ta’ sena u nofs, madwar 1,045 każ instema’ quddiem dan it-tribunal; ilkoll persuni li ngħataw l-għajnuna.

Mhux dawn il-vittmi biss ibbenefikaw. Madwar tmenin elf ewro miġbura minn multi li weħlu dawn il-vittmi marru għand l-Oasi, Sedqa u l-Caritas. Differenza minn kif kien jiġri qabel, meta flus minn multi ta’ dawn il-persuni kienu jiġu assorbiti mill-Qorti stess. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend