825 marru barra minn Malta biex ifejqu l-mard; 205 minnhom kienu tfal | One News

Notifiki

825 marru barra minn Malta biex ifejqu l-mard; 205 minnhom kienu tfal

825 pazjent marru barra l-pajjiż għall-kura ta’ mard differenti s-sena li għaddiet. Minn dawn, 205 kienu tfal.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dan filwaqt li qal li kien possibbli grazzi għal baġt ta’ erba’ miljun ewro li l-Gvern kellu allokati għal pazjenti barra l-pajjiż.

Il-Ministri kien qed iżur ward tat-tfal u l-adoloxxenti fiċ-ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mate Dei. Hawn spjega li ħafna kura tingħata hawn Malta. Fejn jidħlu Cardiac Ct u MRI għal ċertu tipi ta’ mard, f’sitt xhur saru fuq madwar elf pazjent. Dawn iffrankaw l-iskariġġ li jmorru l-Italja għall-kura. Saru wkoll vacuum assisted biopsies fuq għoxrin pazjent.

Dan minbarra li issa, l-Gvern qed iħallas biex żewġ ġenituri jivjaġġaw ma’ tfal morda li jkollhom bżonn kura barra minn Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend