Twieldet Property Malta, biex tħajjar il-barranin li jridu l-lussu – One News

Notifiki

Twieldet Property Malta, biex tħajjar il-barranin li jridu l-lussu

Bi sħubija bejn il-Gvern u l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA twaqqfet Property Malta. Din se tkun entità bejn il-Gvern u l-privat li jkollha l-għan li tippromwovi proprjetajiet ta’ kwalità f’pajjiżna.

It-twaqqif ta’ din l-entità li se ssegwi mudelli oħra ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat li diġà kienu suċċess inħass fid-dawl tat-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed ikollu pajjiżna u l-bżonn li Malta tibqa’ tiġbed lejha investituri barranin ta’ kwalità.

Fil-fatt Property Malta se tkun katalist biex tħajjar barranin jiġu jgħixu u jinvestu fil-gżejjer tagħna. Dan billi tieħu sehem f’attivatijiet internazzjonali ta’ promozzjoni u reklamar u minbarra l-investituri fil-mira tagħha se jkun jkun hemm dawk li jridu jixtru appartament ta’ vaganza f’Malta.

Biex b’hekk qed tiġi attwata proposta oħra tal-baġit.

Fil-kummenti tiegħu lil ONE NEWS, Sandro Chetcuti f’isem l-MDA qal li din is-sħubija se tkun qed twassal għal proprjetà tal-aqwa kwalità li se tkun qed tagħmel lil pajjiżna aktar kompettitiv. Min-naħa tiegħu l-Ministru Manuel Mallia qal li Property Malta se tkun qed tassigura li pajjiżna joffri proprjetà ‘top notch’ biex b’hekk aktar investituri jkunu attirati lejn pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend