Spezzjoni waħda flok 23 għan-negozji ż-żgħar f’pajjiżna – One News

Notifiki

Spezzjoni waħda flok 23 għan-negozji ż-żgħar f’pajjiżna

Mit-30 ta’ Marzu daħlet fis-seħħ liġi li tirregola l-inspezzjonijiet li jsiru lin-negozji żgħar. Bidla li se tfisser li minflok negozju jibqa’ jkollu 23 spettur differenti, ilkoll jaraw aspetti differenti tan-negozju, jibdew isiru l-ispezzjonijiet ta’ kollox minn spettur wieħed biss.

Hu stmat li din il-kordinazzjoni fl-ispezzjonijiet se tfisser minn tal-inqas tnaqqis ta’ 25% fl-ammont ta’ spezzjonijiet li jsiru f’negozji żgħar.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar sosnta li b’ din ir-riforma se jonqsu l-ispezzjonijiet, it-telf ta’ produttivita minħabba l-ħela ta’ ħin tal-ispezzjonijiet u tnaqqis ta’ spejjez amministrattivi fuq perjodu ta’ 3 snin.

Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona iddeskriva r-riforma, li hija parti mill-ġlieda kontra l-burokrazija żejda, bħala waħda li se twassal għal spezzjonijiet ikkordinati, effikaċi u trasparenti.  “L-ispezzjonijiet mhux qegħdin hemm biex jikkastigaw, qegħdin hemm biex jgħinu lill-gvern u n-negozjanti biex itejbu l-ħidma u l-prodott tagħhom” qal Cardona, “Ma rridux nagħtu l-impressjoni li l-ispezzjonijiet mhumiex neċessarji- s-salvagwardji neċessarji se jibqgħu hemmhekk, u se nassiguraw li l-istandards ikomplu jitjiebu.”

Hu ikkalkulat li bis-sistema, kif kienet sa x-xahar li għadda kien hemm:

  • 23 spettorat differenti
  • Kienu jsiru 70,000 spezzjoni fis-sena bi spiża ta’ €1.7 miljun
  • Kien hemm ċirkostanzi fejn ħanut partikolari jkollu sa 6 spezjonijiet f’ ġurnata waħda
  • Dan ifisser 300,000 siegħa xogħol fis-sena mitlufa

Din kienet uġigħ ta’ ras għal min irid imexxi dawn in-negozji  u spejjeż żejda qal Mario Cutajar.

Din is-sistema intgħażlet wara konsultazzjonio wiesa’ ħafna mal-partijiet kollha involuti, inklużi l-GRTU, filwaqt li sar studju tas-sistemi barranin ukoll.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend