Raġel miż-Żurrieq iweġġa’ bil-mutur – One News

Notifiki

Raġel miż-Żurrieq iweġġa’ bil-mutur

Illum għall-ħabta tal-erbgħa u nofs seħħ inċident fi Triq il-Karwija, Ħal Safi.

Raġel ta’ 32 sena, li jirrisjedi ż-Żurrieq, tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu Kymco.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend