"Fenech Adami jrid jaħbi l-kriżijiet reali ta' madwaru" | One News

Notifiki

“Fenech Adami jrid jaħbi l-kriżijiet reali ta’ madwaru”

 

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici irrefera għad-diskors li għamel id-deputat kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fis-sessjoni Parlamentari tat-Tnejn, dwar dak li qed jara bħala “kriżi f’Identity Malta” u staqsa jekk din kinitx mossa biex jaħbi l-kriżijiet reali li jeżistu viċin tiegħu, viċin il-partit tiegħu u viċin il-leadership tal-partit.

Il-Ministru Bonnici qal li l-każijiet li rrfera għalihom Fenech Adami huma diġa’ riżolti.

Iċ-ċittadini Maltin li semma’ kien fost il-ftit li għandhom karta tal-identità bl-ittra ‘P’ għax mas jistgħux jipproduċu ċertifikat tat-twelid. Meta jipproduċuh, dawn tinbidlilhom u jieħdu Karta tal-Identità bl-ittra M. F’każ minnhom, ingħataw ID Card ġdida u ma ttieħditx l-antika. Iżda din mill-ewwel inqabdet mis-sistema interna ta’ Identity Malta u l-Kummissjoni Elettorali kienet infurmata.

Il-każ l-ieħor imur lura għal żmien il-gvern Nazzjonalista meta fl-2007 din ingħatat karta tal-identità u ngħatat oħra anke fl-2008. Din ukoll ġiet rrapurtata lill-Kummissjoni Elettorali. Fil-każ tal-barranin li użaw indirizzi foloz, tlieta użaw dak li semma Fenech Adami għall-permessi ta’ residenza fl-2006 li skadew is-sena ta’ wara.

Ir-raba’ persuna kienet immigrant irregolari mill-Eritrea li qatt ma kellu ID Card maħruġa minn Identity Malta u li għex fir-residenza msemmija minn Fenech Adami bejn l-2011 u l-2013. Il-ministru qal li dawn huma każi ta’ żbalji li jinqabdu minn sistemi li bħalhom għandhom anke l-partiti.

Għaliex l-Oppożizzjoni qed tieħu din l-attitudni ta’ għajjat, storbju, tisbit u theżżiż tas-snien? staqsa.

“Kriżi fis-sistema tal-ID Cards ma hemmx għax anke l-UE għaddietna mill-eżami peress li hija interessata fil-permessi ta’ residenza għax Malta membru taż-żona Schengen. Issa Fenech Adami qed jiddubita lill-UE wkoll?”

Il-Ministru Bonnici qal li dan l-agħa għal xejn Fenech Adami qed jagħmlu biex jaħbi kriżijiet reali: il-koalizzjoni bejn il-PN u l-Partit Demokratiku li biha ħadd fil-PN mhux kuntent; biex jaħbi l-każ tiegħu fejn tliet imħallfin sabu li stħarriġ waqaf wara li deher ismu u mbagħad dawwar il-kanuni fuq Mario de Marco; u biex jaħbi l-iskandlu tal-pagi fejn il-kap tal-Oppożizzjoni, bi ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti, mar għand nies tan-negozju u bl-iskuża ta’ reklami fuq ix-xandir tal-partit talabhom iħallsulu l-paġi tal-impjegati.

Dr Busuttil kien ilu erba’ snin jgħajjat li l-gvern hu korrot u hu nadif iżda malli nqabad b’dan l-iskandlu b’ċikka, il-maskra tiegħu waqgħġet mal-art u tkissret.

Dr Bonnici appella lill-membri tal-Oppożizzjoni biex ma jkomplux jitfgħu tajn lill-istituzzjonijiet u jagħmlu ħsara lill-pajjiż. Qal li l-messaġġ tiegħu lil Beppe Fenech Adami huwa ċar: “Put up of shut up!”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend