Twieldet Malta Energy Ltd. | One News

Notifiki

Twieldet Malta Energy Ltd.

Ftehim bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u r-Rappreżentazzjoni Maltija għan-Negozji żgħar u medji, l-SMEs, wassal biex welled il-kumpanija Malta Energy Ltd.

Dan se jwassal biex ikollna żewġ solar farms ta’ 13,000 metru kwadru l-wieħed, fil-Mellieħa u f’ta Ċenċ, Għawdex. Dawn se jipprovdu 1 mega watt ta’ eneġija rinovabbli fis-sena.

L-Iffirmar ta’ dan il-public private partnership sar fil-preżenza tal-ministru Konrad Mizzi, li spjega kif l-istandard tal-Kummissjoni Ewropea hi li jkunu prodotti mal- 185 MW fis-sena minn enerġija rinovabbli.

Malta, sa issa, qed tipprovdi 90MW fis-sena. Il-President tal-GRTU Paul Abela qal li dan huwa l-ewwel pass biex sal- 2019 nilħqu l-miri Ewropej u nkomplu nħeġġu kumpaniji minn diversi oqsma jissieħbu fi proġetti bħal dawn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend