Jitressqu akkużi quddiem l-MFA – illejla tiddiskuti l-każ ta' Anyanwu u Pembroke Athleta | One News

Notifiki

Jitressqu akkużi quddiem l-MFA – illejla tiddiskuti l-każ ta’ Anyanwu u Pembroke Athleta

Tressqu akkużi quddiem bord tal-Malta Football Association (MFA)  kontra Uchenna Anyawu u Pembroke Athleta FC.

Anyanwu kien team manager ma Pembroke Athleta FC fak iż-żmien u kien tressaq il-Qorti akkużat li prova jimmanipola r-riżultat ta’ logħba mill-Premier League kontra Mosta, li saret nhar il-ħdax ta’ Frar.

Skont prattiċi standard, l-MFA immedjatament talbet lill-prosekutur tagħha jinvestiga l-każ.

Il-bord fi ħdan l-MFA li janalizza akkużi  ta’ tixħim u mħatri illegali se jiltaqa’ lljela għall-ewwel smiegħ.

Anyanwu kien sospiż minn kull attività relatata mal-football mill-MFA stess nhar is-16 ta’ Frar, wara li l-Pulizija ressqet akkużi ta’ match-fixing fil-konfront tiegħu.

Fi stqarrija l-MFA qalet li mhi se tagħmel ebda kummet ieħor sakemm jiġi deċiż il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend