Mixja f'pajjiżna għal aktar għarfien dwar l-awtiżmu | One News

Notifiki

Mixja f’pajjiżna għal aktar għarfien dwar l-awtiżmu

April – Ix-xahar iddedikat għal aktar għarfien dwar l-Awtiżmu. Dalgħodu l-Parent Autism Association organizzaw mixja bl-għajn li jqajjmu kuxjenza dwar l-awtiżmu.

Il-ġenituri libsu flokkijiet blu, kulur li jintuża madwar id-dinja matul dan ix-xahar,  bil-kliem “Proud of my Son with Autism.” Kliem mill-isbaħ li mhux biss joħloq kuxjenza fost in-nies iżda jagħti kuraġġ lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal bl-awtiżmu.

Michelle Muscat, bħala chairman tal-Marigold Foundation inagħqdet ma’ dawn il-ġenituri għal din il-mixja minn Qui si Sana tas-Sliema sa San Ġiljan.

Il-kundizzjoni tal-awtiżmu, ħafna drabi tiżviluppa fl-ewwel snin ta’ persuna. Din il-kundizzjoni twassal biex persuna tesperjenza diffikultajiet biex tikkomunika u tibni relazzjoni ma’ persuni oħra, fost oħrajn.

Pajjiżna tpoġġa ukoll fuq il-mappa tad-dinja hekk kif ingħaqad mal-akbar organizzazjoni dinjija favur l-Awtiżmu – Autism Speaks – u għar-raba sena konsekuttiva ngħaqdet fil-kampanja dinjija tagħhom Light it up Blue, li din id-darba saret fil-gżira Għawdxija.

one.com.mt, tkellem ukoll ma’ omm ta’ tlief itfal bl-awtiżmu li kellha appell importanti f’dan ix-xahar li jfakkar l-awtiżmu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend