FILMAT: Fuq l-album sa mill-ewwel passi fil-grawnd | One News

Notifiki

FILMAT: Fuq l-album sa mill-ewwel passi fil-grawnd

Mhuwiex album b’xi sticker ta’ plejers internazzjonali bħal xi Juan Mata jew Paulo Dybala, imma album bil-plejers li jilagħbu mal-Klabb tal-futbol ta’ Luqa St. Andrews.

Album li permezz tiegħu l-Komunità ta’ Ħal Luqa u lil hinn minnha jkunu jafu min huma l-players li jilagħbu ma’ dan il-klabb, sa mill-iżgħar etajiet.

Hemm ‘il fuq minn mitejn u ħamsa u għoxrin sticker jew ritratti li ttieħdu waqt sessjonijiet ta’ taħriġ. Ritratti tal-iżgħar plejers sa dawk li jieħdu ħsieb affarijiet tekniċi.

Anthony Sciberras membru fil-Kumitat tal-istess Klabb u li ħa ħsieb ir-ritratti spjega li l-album jgħaqqad it-tliet ġenerazzjonijiet li jilagħbu mal-Klabb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend