Biża’ f’Oslo wara li nstab materjal splussiv – One News

Notifiki

Biża’ f’Oslo wara li nstab materjal splussiv

Is-Sibt filgħaxija l-Pulizija Norveġiża għamlet sejba ta’ materjal splussiv fiċ-ċentru ta’ Oslo. Iż-żona ta’ Gronland ġiet evakwata u ngħalqet għall-pubbliku sakemm il-materjal splussiv ġie nnewtralizzat u tneħħa minn fuq il-post.

Dan il-materjal instab wara li ħoss ta’ bomba ħasad lil dawk li kienu fil-viċinanzi. Is-suspettat b’rabta ma’ din is-sejba ġie arrestat mill-Pulizija. Il-Pulizija ma tawx aktar informazzjoni dwar dan il-każ iżda parti kbira miċ-ċentru ta’ Oslo tinsab taħt sigurtà stretta.

Il-Pulizija appellat ukoll liċ-ċittadini biex jibqgħu fi djarhom filwaqt li ebda restorant ma fetaħ fiż-żona. L-aħbar ħarġet jumejn biss wara li erbà persuni inqatlu u għexieren sfaw midruba f’attakk terroristiku fl-Iżvezja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend